Ic-Cittadella

Information about Ic-Cittadella

Published on January 23, 2010

Author: tonypace

Source: authorstream.com

Content

Iċ-ċittadella : Iċ-ċittadella Skola: Kulleġġ Marija Reġina San Pawl il-Baħar Primarja. Sena: 5 Whales Għalliem: Mr. Mario Mifsud Slide 2: IĊ-ĊITTADELLA Fejn tinsab? Kif inhi mibnija? Kif inhi magħrufa? Lil minn tixbah? X’ kienu jagħmlu l-Għawdxin? Kif inbidlet? Għafas fuq il-vleġġa biex issir taf aktar dwar iċ-Ċittadella. Iċ-Ċittadella tinsab ġewwa l-gzira ta’ Għawdex. Tinsab fil-belt ta’ Għawdex, Victoria (Rabat). : Iċ-Ċittadella tinsab ġewwa l-gzira ta’ Għawdex. Tinsab fil-belt ta’ Għawdex, Victoria (Rabat). IĊ-ĊITTADELLA Tinsab madwar 3 kilometri ‘l bogħod mill-Mġarr u kif tistgħu taraw fil-mappa, iċ-Ċittadella tinsab f’ nofs il-gzira Għawdxija. Slide 4: Iċ-Ċittadella tixbah ħafna lill-Imdina. Fil-fatt iċ-Ċittadella tinsab fuq għolja u hija wkoll mdawra bis-swar. Dawn huma ukoll żewġ karatteristiċi li għandha l-Imdina. Ritratt antik li qed jagħti dehra taċ-Ċittadella filgħoli. Żewġ ritratti li juru ż-żewġt ibliet qodma tal-gzejjer Maltin. : Żewġ ritratti li juru ż-żewġt ibliet qodma tal-gzejjer Maltin. Liema ritratt taħsbu li qed juri ċ-Ċittadella? Slide 6: Iċ-Ċittadella li hi magħrufa wkoll bħala l-Gran Kastell tinsab fl-ogħla parti tar-Rabat (Victoria). Fl-imgħoddi dan kien ta’ vantaġġ kbir għall- Għawdxin. F’ dan ir-ritratt antik, iċ-Ċittadella tispikka fuq il-bini l-ieħor tar-Rabat u ta’ l-irħula l-oħra ta’ madwar. B’ dan il- mod l-Għawdxin u s-suldati li kienu jkunu għassa fuq is-swar taċ-Ċittadella setgħu jaraw l-għadu ġej mill-bogħod u b’hekk kien ikollhom biżżejjed ċans biex jiddefendu liċ-Ċittadella. Slide 7: le Slide 8: Prosit Hekk kif titla’ t-telgħa wieqfa mit-Tokk, issib ruħek fid-daħla taċ-Ċittadella. : Hekk kif titla’ t-telgħa wieqfa mit-Tokk, issib ruħek fid-daħla taċ-Ċittadella. Wieħed jista’ jara s-swar għoljin li jdawru ċ-Ċittadella. Slide 10: Din hija d-daħla oriġinali taċ-Ċittadella u li magħha kien hemm pont twil tal-ġebel li kien jitla’ u jinżel. B’ hekk kien jagħlaq l-uniku daħla għaċ-Ċittadella. Illum, id-daħla oriġinali taċ-Ċittadella tinsab ftit passi bogħod mid-daħla l-kbira li naraw illum. Fl-imgħoddi kien hemm ordni li sa nżul ix-xemx, kull Għawdxi kellu jinġabar ġewwa ċ-Ċittadella. Imbagħad kien jittella’ l-pont. B’ hekk l-Għawdxin kienu jħossuhom aktar protetti wara s-swar taċ-Ċittadella. Fl-1551, it-Torok attakkaw lil Għawdex u ċ-Ċittadella u ħadu xi 5,000 ruħ ilsiera. Dakinhar is-swar taċ-Ċittadella kienu dgħajfin wisq pero’ t-Torok xorta sabuha diffiċli biex jaħtfu l-Gran Kastell taħt idejhom. : Kien biss wara li l-Għawdxin tilfu t-tama li tasal xi tip ta’ għajnuna minn Malta, li ċedu u ħallew lit-Torok jieħdu kważi lill- Għawdxin kolha bħala lsiera ħlief għal xi numru żgħir ta’ xjuħ. Fl-1551, it-Torok attakkaw lil Għawdex u ċ-Ċittadella u ħadu xi 5,000 ruħ ilsiera. Dakinhar is-swar taċ-Ċittadella kienu dgħajfin wisq pero’ t-Torok xorta sabuha diffiċli biex jaħtfu l-Gran Kastell taħt idejhom. Slide 12: Wara dan l-attakk ta’ l-1551, is-swar reġgħu nbnew fuq il-pjanta ta’ Franċesco Laparelli, li kien l-arkitett tal-Papa. Slide 13: Il-Katidral huwa ddedikat lil Marija Mtella’ s-Sema. Din il-knisja kienet tissejjaħ il-Matriċi jiġifieri Omm il-Knejjes. Hekk kif tidħol mid-daħla li hemm illum, ssib ruħek fi pjazza. Faċċata hemm il-Katidral mibni fuq taraġ għoli. Il-Katidral huwa l-isbaħ ġawhra fiċ-Ċittadella. Il-perit tiegħu kien Lorenzo Gafa’. Dan il-Katidral ma għandhux koppla, pero’ meta wieħed jidħol fih u iħares lejn is-saqaf ikun jista’ jara pittura ta’ koppla li tpittret ta’ li mod li qed tara koppla tassew. Slide 14: Fuq in-naħa tax-xellug tal-knisja wieħed jista’ jsib il-Qorti ta’ Għawdex. Hemm ħsieb li fil-futur qarib, il-qorti jiġi trasferit għal post aktar addattat. Bħal ma nsibu fl-Imdina, fiċ-Ċittadella hemm ukoll l-mużew tal-Katidral. Maġenb il-Qorti, hemm ukoll il-ħabs il-qadim li kien jintuża fl-imgħoddi. Illum dan il-post iservi bħala mużew. Slide 15: Ġewwa ċ-Ċittadella nsibu wkoll għadd ta’ mużewijiet li jkomplu jsebbħu l-istorja li hemm marbuta magħha u maċ-Ċittadella. Karatteristika oħra li nsibu ġewwa ċ-Ċittadella u l-Imdina hija li t-toroq li nsibu huma dojoq ħafna. : Karatteristika oħra li nsibu ġewwa ċ-Ċittadella u l-Imdina hija li t-toroq li nsibu huma dojoq ħafna. Slide 17: Minn fuq is-swar għoljin taċ-Ċittadella, tista’ tara kważi lil Għawdex kollu. Bħal ma tara minn fuq is-swar ta’ l-Imdina, wieħed jista jara wkoll il-ħdura u l-għelieqi ta’ madwar il-gżira Għawdxija. Minn dawn ir-ritratti t’ hawn taħt, tistgħu taraw wkoll li l-gżira ta’ Malta tidher sew minn fuq is-swar tal-Gran Kastell. Slide 18: Bħala pajjiż nisrani li dejjem għożżejna r-reliġjon nisranija, ma jistax jonqos li nsibu xi xbihat bħal niċeċ li għandhom x’ jaqsmu ma’ Ġesu jew il-Madonna. Arloġġ qadim li kien jintuża fl-antik. Dan it-tip ta’ arloġġ kien juri l-ħin permezz tax-xemx. Slide 19: Iż-żewġ daħliet għal ġo l-Imdina u ċ-Ċittadella. Liema minn dawn teħodna għaċ-Ċittadella? Slide 20: le Slide 21: Prosit Slide 22: Liema huwa l-Katidral li jinsab ġewwa ċ-Ċittadella? Slide 23: le Slide 24: Prosit Slide 25: TMIEM

Related presentations


Other presentations created by tonypace

Tsunami
29. 05. 2009
0 views

Tsunami

Malta during World War II
24. 05. 2009
0 views

Malta during World War II

Nostalgic Valletta
24. 05. 2009
0 views

Nostalgic Valletta

malta-ago
04. 06. 2009
0 views

malta-ago

Warda Sbejha tal-Karmelu
01. 07. 2009
0 views

Warda Sbejha tal-Karmelu

It-Temp fi Staguni Differenti
23. 01. 2010
0 views

It-Temp fi Staguni Differenti

Id-Dezert
23. 01. 2010
0 views

Id-Dezert

L-Imdina
23. 01. 2010
0 views

L-Imdina

Il-Birgu
23. 01. 2010
0 views

Il-Birgu

Il-Loghob Olimpiku
23. 01. 2010
0 views

Il-Loghob Olimpiku

Il-Grajja ta' Monroy
23. 01. 2010
0 views

Il-Grajja ta' Monroy