Id-Dezert

Information about Id-Dezert

Published on January 23, 2010

Author: tonypace

Source: authorstream.com

Content

Id-Deżert : Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Id-Deżert Slide 2: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Din hija d-dinja tagħna. Hija waħda minn disa’ pjaneti fis-sistema solari tagħna. Hija l-unika waħda fejn aħna nafu ċerti li hemm il-ħajja. S’issa għadna ma nafux eżatt x’hemm fi pjaneti oħra. Slide 3: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Il-klima fid-dinja tagħna mhux kullimkien l-istess. Għalhekk il-wiċċ tad-dinja mhux kullimkien l-istess lanqas. Huwa maqsum f’BIOMES differenti. X’inhi biome? Slide 4: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Il-biomes differenti u fejn jinsabu fid-dinja: BIOME hija medda art kbira. L-annimali u l-pjanti li jgħixu fiha huma addattati għal dak l-ambjent. Kull biome għandha l-klima tagħha li hi differenti mill-klima ta’ biomes oħra. Slide 5: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq TROPICAL RAIN FOREST Siġar twal f’ambjent ta’ ħafna xita u sħana SAVANNA jew GRASSLAND Ħafna ħaxix b’xi siġar ’l hawn u ’l hemm Eżempji ta’ biomes differenti: Slide 6: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq TAIGA Foresta kiesħa ta’ siġar li jħaddru s-sena kollha. CHAPARRAL Art xotta u niexfa li fiha ħafna siġar baxxi b’weraq ħoxnin li jżommu l-ilma fihom. Slide 7: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Biome oħra hija t-TUNDRA li hija tip ta’ deżert kiesaħ in-naħa ta’ fuq tad-dinja. Hemm żewġ tipi ta’ Tundra: Alpine Tundra u Arctic Tundra Slide 8: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq ALPINE TUNDRA Qegħdin fl-ogħla partijiet tad-dinja, eżempju: Andes fis-South America Rockies fin-North America Himalayas fl-Indja u n-Nepal. Il-quċċata tagħhom tkun miksija bis-silġ. Slide 9: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Jinsabu fin-North Pole. Huma l-iktar biome b’temperatura baxxa – fix-xitwa tinżel anki sa -34ºC. ARCTIC TUNDRA Slide 10: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Imxerrdin ’l hawn u ’l hemm issib għadajjar żgħar u ħofor kbar mimlijin tajn. L-irjiħat qawwijin ħafna li jaħkmu fit-tundra jikkaġunaw tempesti kbar tas-silġ. L-art tal-Arctic Tundra hija dejjem iffriżata, għalhekk l-ilma ma tantx jgħaddi minnha sew. Slide 11: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Fis-sajf fit-tundra ma jidlamx u jkollhom 24 siegħa ta’ dawl, imma fix-xitwa x-xemx lanqas tlaħħaq sal-orizzont, allura jkun dlam il-ħin kollu, anki f’nofsinhar. Ix-xemx ta’ nofs il-lejl ID-DEŻERT : Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq ID-DEŻERT Art li l-ambjent tagħha hu aħrax ħafna: Sħana tremenda, nixfa kbira u ljieli ffriżati! Slide 13: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Hemm żewġ tipi ta’ deżert: Id-deżerti sħan jinsabu fil-faxxa tropikali tad-dinja, jiġifieri viċin l-Equator. Id-deżerti kesħin jinsabu n-naħa ta’ fuq tad-dinja (fin-North Pole) u fin-naħa t’isfel tad-dinja (fis-South Pole). Id-deżert sħun u d-deżert kiesaħ. Slide 14: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Kiesaħ jew sħun, deżert huwa DEJJEM XOTT għax xita ma tagħmilx aktar minn 250 millimetru fis-sena. Slide 15: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Id-Deżert Sħun Fis-sajf, id-deżert sħun ikun sħun ħafna matul il-jum meta t-temperatura tista’ titla’ anke sa 49ºC. Slide 16: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq IMMA jkun kiesaħ ħafna matul il-lejl meta t-temperatura tinżel anki taħt iż-0ºC. Slide 17: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Fid-deżert sħun l-umdita’ hija baxxa ħafna għax pjanti hemm ftit u m’hemmx sħab, allura malli tinżel ix-xemx, l-arja mill-ewwel tiksaħ. Għaliex? Slide 18: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Xita ma tagħmilx regolari. Jistgħu jgħaddu anki snin mingħajr qatra ilma, imbagħad f’temp ta’ ftit sigħat tagħmel kwantita’ kbira ta’ xita. Xita tagħmel fid-deżert? Xita fid-deżert sħun Din iġġorr magħha ħafna tajn, ramel u biċċiet ta’ blat. Slide 19: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Imma l-ilma tax-xita ma jdumx wisq ma jisparixxi għax jinxtorob mill-art! Slide 20: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Kultant fid-deżert jagħmlu maltempati kbar tar-ramel. L-irjieħat qawwija jagħmlu ħafna ħsara għax iġorru kwantita’ kbira ta’ ramel u trab. Slide 21: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Maltempati tar-ramel bħal dawn jifformaw sand dunes, jiġifieri għoljiet tar-ramel li jistgħu jkunu għoljin ħafna metri. Sand dunes fid-deżert Sahara Slide 22: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Xi eżempji ta’ deżerti sħan huma: Sahara u Kalahari fl-Afrika Mojave, Chihuahuan u Sonoran fl-Amerka Great Victorian fl-Awstralja. Slide 23: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Chihuahuan desert Sonoran desert Great Victorian desert Slide 24: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Oasi fid-deżert Sahara Id-deżert Sahara huwa l-ikbar deżert sħun, iżda fil-fond taħt ir-ramel hemm l-ilma. Għalhekk f’ċerti postijiet ikun hemm irqajja’ ta’ ilma li jgħidulhom OASI, fejn jikbru s-siġar u anki jgħixu n-nies. Slide 25: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Kont taf? Li fid-deżert sħun kultant taqbad nieżla x-xita imma bis-sħana li titla’ mill-art, tevapora (tinxef bix-xemx) qabel tasal sal-art? Slide 26: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Fid-deżert kiesaħ, ix-xitwa tkun kiesħa ħafna u minflok xita jagħmel is-silġ. Fis-sajf u fir-rebbiegħa, it-temperatura tkun ftit iżjed għolja mix-xitwa. Id-Deżert Kiesaħ Slide 27: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Xi eżempji ta’ deżert kiesaħ huma: Gobi fil-Mongolia Namib fl-Afrika Taklamakan fiċ-Ċina Turkestan fir-Russja u L-ikbar deżert kiesaħ - Antartika. Slide 28: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Id-deżert Gobi fil-Mongolia Id-deżert Taklamakan fiċ-Ċina Slide 29: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq L-Antartika fis-South Pole huwa: l-ikbar deżert tad-dinja l-iktar deżert kiesaħ, l-iktar deżert fejn jagħmel riħ Jikbru pjanti fid-deżert? : Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Jikbru pjanti fid-deżert? Fid-deżert jikbru pjanti, imma dawn iridu jaddattaw ruħhom għal dan l-ambjent. Slide 31: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Għandhom l-għeruq twal ħafna biex jinżlu taħt l-art ifittxu l-ilma Il-pjanti tad-deżert: Jaħżnu l-ilma fil- weraq tagħhom Kif? Pjanti bħaIl-kaktus għandhom ix-xewk biex l-annimali ma jikluhomx Kif jaddattaw ruħhom l-annimali li jgħixu fid-deżert? : Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Kif jaddattaw ruħhom l-annimali li jgħixu fid-deżert? Ħafna mill-annimali tad-deżert huma notturni. Jorqdu matul il-jum u joħorġu bil-lejl ifittxu l-ikel. Fid-deżert sħun jagħmlu hekk biex jeħilsu mill-qilla tax-xemx, u fid-deżert kiesaħ biex jeħilsu mill-kesħa xxoqq il-għadam. Fennec fox Desert tortoise Slide 33: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Xi annimali, bħall-Cactus Wren jieħdu l-ilma tagħhom minn ċerti żrieragħ u pjanti li jkun fihom ħafna ilma. Slide 34: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Jitgeddsu flimkien biex jagħmlu s-sħana. Kapaċi jinżlu fil-baħar fond ta’ 550 metru u jżommu n-nifs għal 22 minuta biex jaqbdu l-ħut għall-ikel. Il-penguins li jgħixu fl-Antartika jżommu sħan għax għandhom saff oħxon ta’ xaħam taħt il-ġilda u għandhom ir-rix li ma jħallux il-kesħa tgħaddi. Slide 35: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Meta l- Fat Sand Rat jiekol, jifforma saff oħxon ta’ xaħam ma’ ġismu kollu u meta ma jsibx ikel jieħu minnu. Slide 36: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Il-ġemel jgħidulu l-vapur tad-deżert għax huwa l-iktar mezz komuni kif jivvjaġġaw fid-deżert. Slide 37: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Għax għandu żewġ ringieli ta’ eyelashes biex ma jidħollux ramel f’għajnejh Għax jista’ jagħlaq it-toqob ta’ mnieħru biex ma jidħollux ramel. Għaliex? Slide 38: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Għax fil-ħotob ta’ fuq dahru, jista’ jaħżen l-ikel. Għax jissaporti ħafna żmien mingħajr ma jixrob. Għax saqajh huma wesgħin ħafna biex jimxi sew fuq ir-ramel. Slide 39: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Ejjew naraw x’niftakru. Wieġeb VERU jew FALZ għal dawn il-mistoqsijiet. X’tgħallimna dwar id-deżert? Slide 40: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Fid-deżert qatt ma tagħmel xita. VERU jew FALZ ? Slide 41: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq FALZ Ġieli tagħmel xita fid-deżert, imma mhux iżjed minn 250 millimetru fis-sena b’kollox. Slide 42: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq VERU jew FALZ ? Fid-deżert tkun sħana l-ħin kollu. Slide 43: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq FALZ Id-deżert sħun huwa sħun matul il-jum u kiesaħ ħafna matul il-lejl. Id-deżert kiesaħ hu kiesaħ il-ħin kollu. Slide 44: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq VERU jew FALZ ? Fid-deżert jikbru l-pjanti u jkollhom il-fjuri. Slide 45: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq VERU Għalkemm l-art ma tkunx miksija bihom,imma fjuri jikbru fid-deżert. Slide 46: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq VERU jew FALZ ? L-annimali tad-deżert iridu jsibu l-ilma biex jgħixu. Great Jerboa Slide 47: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq FALZ Dan l-għasfur huwa l-Cactus Wren. L-ilma jieħdu miż-żerriegħa li jiekol. Slide 48: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq VERU jew FALZ ? Fid-deżert qatt ma jkun hemm ilma. Slide 49: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq FALZ F’ċerti postijiet hemm l-ilma taħt ir-ramel. Dan jifforma oasi fejn jikbru s-siġar u jgħixu n-nies. Kemm għandek ħila ssib informazzjoni dwar id-deżert? : Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Kemm għandek ħila ssib informazzjoni dwar id-deżert? Fittex informazzjoni fil-kotba jew fuq l-Internet. Agħmel lista tad-deżerti li ssib u f’liema pajjiż qegħdin. Niżżel ukoll kemm tagħmel xita fis-sena. L-informazzjoni tista’ tiġborha hekk: Slide 51: Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq Agħżel wieħed mid-deżerti li sibt u ikteb paragrafu dwaru. References : Ms. M. Grech B. Ed. (Hons) Year 5.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Għaxaq References http://www.musc.edu/cando/geocam/atacama/climate2.html http://www.softpedia.com/ http://www.ucmp.berkeley.edu/exhibits/biomes/deserts.php http://library.thinkquest.org/CR0210360/Deserts.html http://www.flickr.com/photos/ http://tundrabiome.webnode.com/facts/physical-features/ http://www.firescience.gov/Science_You_Can_Use/i1551-501X-31-3-6.pdf http://www.travelblog.org/Photos/4131474.html http://www.mbgnet.net/sets/desert/animals/jerboa.htm www.enchantedlearning.com/biomes http://www.nicisoft.com/images/ex/desert-pictures/desert-picture-5.jpg www.woodlands-junior.kent.sch.uk/Homework/adaptations/camels.htm http://en.wikipedia.org http://www.blueplanetbiomes.org/desert.htm http://www.eoearth.org/article/Biome Antarctica (2002). [Online], Available: www.kidcyber.com.au http://www.wildnatureimages.com http://kurtgalbreath.com/ http://www.geography.hunter.cuny.edu/ http://www.robinson.co.nz/rideround/Map15.htm www.mccullagh.org/photo

Related presentations


Other presentations created by tonypace

Tsunami
29. 05. 2009
0 views

Tsunami

Malta during World War II
24. 05. 2009
0 views

Malta during World War II

Nostalgic Valletta
24. 05. 2009
0 views

Nostalgic Valletta

malta-ago
04. 06. 2009
0 views

malta-ago

Warda Sbejha tal-Karmelu
01. 07. 2009
0 views

Warda Sbejha tal-Karmelu

It-Temp fi Staguni Differenti
23. 01. 2010
0 views

It-Temp fi Staguni Differenti

L-Imdina
23. 01. 2010
0 views

L-Imdina

Il-Birgu
23. 01. 2010
0 views

Il-Birgu

Ic-Cittadella
23. 01. 2010
0 views

Ic-Cittadella

Il-Loghob Olimpiku
23. 01. 2010
0 views

Il-Loghob Olimpiku

Il-Grajja ta' Monroy
23. 01. 2010
0 views

Il-Grajja ta' Monroy